Newsbook.com.mt (@newsbook.com.mt)
- Followers
- 16K followers
- Following
- 2 following
- Likes
- 247K
- Videos
- 1.5K
Żomm ruħek aġġornat bl-aħħar aħbarijiet f'Malta u Għawdex fuq newsbook.com.mt
Videos
-
– video by @newsbook.com.mt
Ilna nisimgħu ħafna dwar il-qerda li qed jikkawża l-bagħal taż-żunżan fuq in-naħla Maltija. Newsbook Malta żar il-ftit kaxxi li baqagħlhom naħħala Maltin u seta’ jara l-mijiet ta’ naħal mejta fil-qiegħ ta’ dawn l-istess kaxxi. #newsbookmalta #malta #bees
-
– video by @newsbook.com.mt
Waqt il-konverżazzjoni, Ġiġi ammetta li hu u Beppe, bħal ħafna aħwa oħra, mhux dejjem jaqblu fuq kollox. #newsbookmalta #malta #junioreurovision
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Prim Ministru Robert Abela meta ġie mistoqsi minn Newsbook Malta jekk hux se jkun hemm xi żviluppi b’rabta mal-proġett tat-trasport tal-massa fil-Baġit 2027 fakkar li qed isiru l-istudji ġeotekniċi imma “se nkunu realistiċi mhux se niddieħqu bin-nies”. Abela wkoll tenna li qed jaraw li bħala proġett jkun vijabbli biex ma jġibx għarkupptejh l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, anke f’terminu ta’ popolazzjoni.
-
– video by @newsbook.com.mt
28 organizazzjoni jieħdu sehem fl-ewwel fiera tal-ħidma soċjali biex iħeġġu aktar persuni jidħlu għal dan ix-xogħol ta' fejda fis-soċjetà. #newsbookmalta #malta #socialwork
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Prim Ministru Robert Abela fi tweġibiet lil Newsbook Malta rrifjuta li jgħid jekk art tal-Gvern fin-Nigret hux se tintuża għall-bini ta’ toroq, mains tal-ilma, cables tal-elettriku u infrastruttura tad-drenaġġ meħtieġa biex iservu l-blokok ta’ appartamenti privati li qed jiġu approvati fiż-żona taż-Żurrieq. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Prim Ministru Robert Abela qal dalgħodu li l-fattur komuni wara l-protesti li ħakmu diversi pajjiżi Ewropej huwa l-inflazzjoni, iżda f’Malta għandna sitwazzjoni għal kollox bil-kontra fejn il-Gvern qed ikompli jtaffi l-piżijiet tal-familji. Bħalissa għaddejin protesti f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, fosthom Franza u l-Italja, fejn iċ-ċittadini qed jipprotestaw kontra l-għoli tal-ħajja. F’kummenti lill-ġurnalisti Abela qal li l-immigrazzjoni rregolari wkoll tista’ tkun fattur, iżda r-raġuni ewlenija li qed twassal għal tensjoni soċjali hija l-prezzijiet għolja, partikolarment fil-qasam tal-enerġija, l-ikel u l-komoditajiet essenzjali. #robertabela #malta #protests #inflation #immigration #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’kumment lil Newsbook Malta ċaħad b’mod kategoriku dak li allega l-esponent tal-Partit Laburista Neville Gafà li s-sieħba ta’ Borg Sarah Bajada se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ Direttur ta’ Komunikazzjoni minflok Nathaniel Attard. Borg għamilha ċara wkoll li ma jsegwix dak li jippubblika Gafà. Aktar kmieni dan ix-xahar Gafà ġie mwissi mill-Partit Laburista biex ma jagħmilx attakki personali inkella jitlef l-aċċess għall-faċilitajiet tal-Kwartieri Ġenerali. F’intervista mal-editur ta’ Newsbook Malta Matthew Xuereb, Borg kien qal li Nathaniel Attard ġie offrut xogħol ieħor fi ħdan l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. #alexborg #malta #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Ministru tal-Intern Glenn Bedingfield qal illum li għad għandu fiduċja fid-direttur tal-ħabs wara s-sejba ta’ mowbajls fiċ-ċelel ta’ tliet priġunieri, fosthom George Degiorgio u Robert Agius tal-Maksar. Is-sejba tħabbret mill-ministru stess nhar is-Sibt li għadda, fejn intqal li nfetħet investigazzjoni. Il-Ministru ma semmiex ismijiet, għalkemm qal li xtaq jagħmel hekk, iżda sezzjonijiet tal-midja żvelaw iktar tard li tnejn minn dawk involuti jinsabu l-ħabs b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. It-tielet priġunier li nstab li kien fil-pussess ta’ mowbajl fiċ-ċella huwa raġel Taljan. #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Numru ta’ supermarkets f’Malta spiċċaw bi xkafef vojta, b’nuqqas kbir ta’ prodotti f’kull sezzjoni. #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
It-traffiku fit-toroq Maltin reġa’ żdied b’mod sostanzjali. Hemm min jattribwih għall-istudenti lura l-iskola u hemm min jisħaq li hija problema ferm akbar ta’ ippjanar u alternattivi li tassew jaħdmu. Sadanittant rajna numru ritratti u filmati ta’ karozzi tal-linja mimlijin sa ruħ ommhom fil-ħinijiet li n-nies ikunu sejrin jew spiċċaw ix-xogħol jew l-iskola. Newsbook Malta mar l-Università ta’ Malta biex jistaqsi lill-istudenti b’liema mod jaslu fuq il-kampus u għaliex ta’ kull filgħodu jieħdu din id-deċiżjoni. #students #publictransport #malta #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar dalgħodu sebħu tas-Sliema biex ineħħu l-pavimentar illegali quddiem ir-ristorant tal-iżviluppatur Carlo Stivala fix-Xatt ta’ Tas-Sliema. Dan hu l-aħħar żvilupp f’din il-kontroversja li issa ilha għaddejja għal numru ta’ ġimgħat, kontroversja dwar okkuppazzjoni llegali ta’ art li qajmet rabja fost ir-residenti Slimiżi u l-NGOs. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
"M’aħniex għall-bejgħ, la fl-integrità tagħna, la fl-onestà tagħna, u lanqas fil-ġisem tagħna: aħna ta’ Alla", l-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-Ġurnata Missjunarja 2026.
-
– video by @newsbook.com.mt
Ryan Barbara, li llum huwa ambaxxatur tas-saħħa mentali fl-iskejjel, qal li meta kien f’mument fraġli u kien qed iħossu “fit-tarf tal-ħajja”, kien ir-ritratt ta’ ibnu Jack li għenu jirrifletti u jibdel id-direzzjoni ta’ ħajtu. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
Luke Andre Camilleri, il-produttur żagħżugħ tad-dramm ‘Il-Kelma Li Ma Tgħidx’ qal li kien ilu 11-il sena jaħseb fuq l-idea li jqajjem għarfien fuq it-tema tal-molestazzjoni fuq l-irġiel, biss għal bidu ma ħasibx fit-teatru. Waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm ta’ diskussjoni BTW fuq RTK103 qal li qed jagħmlu dan il-proġett teatrali biex ikissru l-istigma li raġel jibża’ jitkellem dwar dan is-suġġett sensittiv. Il-programm BTW jixxandar kull nhar t’Erbgħa fil-5pm fuq RTK103 u jkun disponsibbli fuq YouTube ta’ Newsbook Malta.
-
– video by @newsbook.com.mt
9 snin ilu Malta nħasdet. 9 snin ilu Daphne Caruana Galizia nqatlet b’mod brutali b’karozza bomba. 9 snin wara l-familja tagħha għadha qed tfittex li ssir ġustizzja sħiħa. Dalgħodu numru ta’ ġurnalisti minn diversi kmamar tal-aħbarijiet, fuq inizjattiva tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, inġabru quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li f’dawn l-aħħar snin sar memorjal temporanju biex ifakkru lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia 9 snin wara l-qtil brutali tagħha. #daphnecaruanagalizia #journalism #malta #maltajournalists #latestnews
-
– video by @newsbook.com.mt
Newsbook Malta bl-aħħar aġġornamenti mill-Imqabba wara li nstabet mara maqtula fil-kċina ta' darha. L-allegat aggressur John Cassar, li hu binha, issa jinsab arrestat. #newsbookmalta #murder #update
-
– video by @newsbook.com.mt
🚨BREAKING Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għall-aggressur f’argument familjari fl-Imqabba. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq Valletta. Minn informazzjoni li għandu Newsbook Malta, raġel ta’ aktar minn 70 sena kellu jiddaħħal l-isptar minħabba feriti li ġarrab, filwaqt li tim mediku qed jassisti mara feruta fuq il-post. #newsbookmalta #breakingnews
-
– video by @newsbook.com.mt
Wara ħames snin ta’ stennija, messaġġi u appelli lill-awtoritajiet, il-ħolma ta’ Mark Schembri li Ġorġ tal-Mużew jiġi mfakkar b’bust fl-Isptar Mater Dei tinsab pass eqreb lejn it-twettiq tagħha. Dan hekk kif, wara li Newsbook Malta kien irrapporta dwar il-ħidma ta’ Schembri biex jikseb il-permess meħtieġ, seħħew żviluppi ġodda fil-proġett. Schembri kiseb il-permess u issa għandu wkoll il-mudell tal-bust li jixtieq jara jitqiegħed fl-isptar. 🎤Damian Micallef 📸Laura Galea #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Raġel inżamm b’arma tan-nar ippuntata lejh minn uffiċjali tal-Pulizija wara li allegatament ma waqafx meta ġie ordnat jieqaf waqt li kien qed isuq fl-Imġarr. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
L-iżviluppatur Carlo Stivala ngħata 30 jum ċans biex ineħħi l-illegalitajiet kollha li għad fadal quddiem ristorant tiegħu f’Tas-Sliema hekk kif l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet ordni ta’ żgumbrament. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
F’April tal-2024, John Paul Abela ħass boċċa f’sidru. L-għada ddeċieda li jiċċekkjaha, deċiżjoni li wasslitu għal dijanjosi li biddlitlu ħajtu. #newsbookmalta #malta #malebreastcancerawarenes #breastcancer
-
– video by @newsbook.com.mt
“Setgħu mietu n-nies. Dan kien każ li kellha tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwaru.” Hekk sostna resident irrabjat li tkellem ma’ Newsbook Malta wara li parti mill-pjazza ta’ Ħal Tarxien ċediet waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li kienu għaddejjin fil-post. 🎤Damian Micallef 📸Miguela Xuereb #newsbookmalta
-
– video by @newsbook.com.mt
Ir-resident kompla jinsisti li l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji, partikolarment għall-ħaddiema li kienu jinsabu fil-viċinanzi. Skontu, kien biss b’xorti tajba li ħadd ma tilef ħajtu. #newsbookmalta #malta #police
-
– video by @newsbook.com.mt
Newsbook Malta qed jippubblika b’mod esklussiv il-mumenti li fihom ċediet parti mill-pjazza ta’ Ħal Tarxien waqt li għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fuq din l-istess pjazza. #newsbookmalta #malta
-
– video by @newsbook.com.mt
Ċelebrazzjonijiet f'għeluq it-300 sena mit-twelid ta' Benigno Zerafa L-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina se jinfetħu wara r-restawr u wieħed jista' jara wkoll wirja dwar Dun Beningo Zerafa. Newsbook Malta ltaqa’ mal-arkivisiti Mario Gauci, Elena Muscat u Danica Abela li b’tant dedikazzjoni jieħdu ħsieb dan il-post biex iżommu fi stat tajjeb l-arkivji u fil-proċess jiskopru aktar dwar min kien Dun Beningno Zerafa. Huma qasmu magħna wkoll kif se jitfakkar il-legat tiegħu filwaqt li stajna naraw librerija ġdida li saret fi żmien il-pandemija. Filmati: Miguela Xuereb / Newsbook.com.mt #archive #music #malta #interview #exclusive
-
– video by @newsbook.com.mt
Tornado laqat il-bliet ta’ Marsala u Petrosino fi Sqallija, fejn inqalbu numru ta’ karozzi, ġiet ikkawżata ħsara fil-bini u ndarbu diversi persuni. Filmati u ritratti ppubblikati fuq il-midja soċjali wrew li inizjalment kien hemm żewġ tromba tal-ilma fuq il-baħar li ngħaqdu f’waħda ikbar hekk kif resqu lejn il-kosta. Fost il-bini li ntlaqat kien hemm l-iskola Alcide de Gaspieri, fejn weġġgħu numru ta’ persuni hekk kif inkisru t-twieqi u waqgħu partijiet mis-suffett. Videos: Kiril Panayotov | ItacaNotizie.it | Nicola Nicola Riolo (Facebook) #newsbookmalta #tornado #sicily #marsala
-
– video by @newsbook.com.mt
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li jistenna li l-Gvern iwettaq il-wegħda tiegħu dwar is-superbonus fil-Baġit li ġej, filwaqt li sfida lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana biex issa jwettaq dak li wiegħed. #newsbookmalta #malta #partitnazzjonalista
-
– video by @newsbook.com.mt
Ġlieda fil-Belt Valletta li fiha ndarbu żewġ pulizija qajmet dibattitu nazzjonali dwar kemm il-pulizija jingħataw biżżejjed taħriġ dwar kif għandhom irażżnu u jarrestaw persuna. Kien hemm bosta kummenti negattivi ta’ persuni li mill-ewwel iddeċidew li l-pulizija ma kienux kapaċi jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Iżda r-realtajiet ta’ kuljum li jħabbtu wiċċhom magħhom il-pulizija ta’ kuljum huma ħafna iktar kumplessi minn dak li naraw fuq xi filmat fuq il-midja soċjali. #newsbookmalta #malta #police
-
– video by @newsbook.com.mt
Waslet ġimgħa li ħafna studenti jkunu qed jistennew – Freshers Week! #newsbookmalta #malta #university
-
– video by @newsbook.com.mt
Minkejja l-appell tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg biex isibu “triq ġusta” u soluzzjoni għall-kwistjoni tal-ħatra ta’ Maġistrat b’kompetenza forensika, sa issa ma saru ebda taħditiet bejn iż-żewġ naħat.
Showing 30 of 1,474 videos
Load more videosExplore & export videos
Uses the videos loaded on this page. Load more to include older ones.
Videos by month
Follower history
Recorded each time someone opens this profile here, so there are gaps between visits.
About @newsbook.com.mt
Joined TikTok